Skip to main content
Economy and Finance

Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività

Rwol u mandat tal-Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività

Il-Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività huma istituzzjonijiet indipendenti li jgħinu janalizzaw il-produttività ekonomika u l-iżviluppi u l-isfidi tal-kompetittività. Il-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro huma mistiedna li jkollhom bordijiet bħal dawn filwaqt li pajjiżi oħra tal-UE huma mħeġġa jagħmlu dan.

Il-bordijiet se jwettqu analiżi ekonomika u statistika ta’ kwalità għolja u jagħmlu r-riżultati tagħhom disponibbli fid-dominju pubbliku. B’dan il-mod huma jagħtu kontribut siewi għad-dibattiti ta’ politika fil-pajjiżi tagħhom u jinkoraġġixxu riformi mmirati lejn il-kisba ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u konverġenza. Il-Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività jistgħu jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, għalkemm huma meħtieġa li jkunu oġġettivi u newtrali.

L-għarfien espert indipendenti tal-bordijiet u r-rapporti annwali tagħhom jistgħu jintużaw mill-gvernijiet u mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċess annwali ta’ monitoraġġ tal-politika, jiġifieri s-Semestru Ewropew.

Kuntest

Ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku potenzjali fiż-żona tal-euro u fl-UE b’mod ġenerali naqas b’mod konsiderevoli mill-bidu tas-seklu ’l hawn. Din ix-xejra hija prinċipalment dovuta għal tnaqqis fit-tkabbir tal-produttività totali tal-fatturi iżda f’dawn l-aħħar snin ġiet affettwata wkoll minn livell baxx ta’ investiment.

Il-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku futur tal-Ewropa se jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċità tagħha li żżid il-produttività. Dan jeħtieġ politiki bbilanċjati tajjeb biex jappoġġjaw l-innovazzjoni, iżidu l-ħiliet, inaqqsu r-riġiditajiet tas-suq tax-xogħol u tal-prodotti u jippermettu allokazzjoni aħjar tar-riżorsi.

Bażi ġuridika

F’Settembru 2016, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħareġ Rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività.

Ir-rakkomandazzjoni kienet parti mill-pakkett ta’ miżuri tal-Kummissjoni Ewropea ta’ Ottubru 2015 li ta sustanza lill-hekk imsejjaħ rapport tal-ħames presidenti dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) tal-UE. Din ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fit-28 ta’ Ġunju 2016.

F’pajjiżek

Ir-rakkomandazzjoni mill-Kunsill biex jiġu stabbiliti Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività hi indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro. Hi tinkuraġġixxi wkoll lil Stati Membri oħra tal-UE biex jistabbilixxu korpi simili.

It-tabella ta’ hawn taħt fiha links għall-Bord Nazzjonali tal-Produttività għal kull pajjiż li ħatar wieħed.

Stati Membri taż-żona tal-euro
L-AwstrijaIl-BelġjuĊipru L-Estonja
Il-FinlandjaFranzaIl-ĠermanjaIl-Ġreċja
L-IrlandaL-ItaljaIl-LatvjaIl-Litwanja
Il-LussemburguMaltaIn-NetherlandsIl-Portugall
Is-SlovakkjaIs-Slovenja Spanja
Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro
Il-Bulgarija Il-Kroazja Ir-Repubblika ĊekaId-Danimarka
L-Ungerija Il-Polonja Ir-Rumanija L-Iżvezja

Rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tista’ tiffaċilita l-iskambju ta’ opinjonijiet bejn il-bordijiet tal-produttività tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Għandu jkun hemm ukoll diskussjoni regolari bejn il-bordijiet tal-produttività u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika, korp konsultattiv għall-Kunsill u l-Kummissjoni, li tinvolvi wkoll esperti rilevanti minn pajjiżi tal-UE li m’għandhomx Bord.

Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll għajnuna teknika permezz tas-Sostenn għar-Riforma Strutturali.

Dokumenti

Kuntatt

ECFIN-B2-NPB@ec.europa.eu

Context

Potential economic growth in the euro area and in the EU as a whole has slowed considerably since the turn of the century. This trend is mainly due to a decline in total factor productivity growth but in recent years has also been affected by low investment.

Europe’s future economic growth prospects will increasingly depend on its ability to raise productivity. This requires well-balanced policies to support innovation, increase skills, reduce labour and product market rigidities and allow a better allocation of resources.

Legal basis

The Council of the European Union in September 2016 issued a Recommendation on the establishment of National Productivity Boards.

The recommendation was part of the European Commission's October 2015 package of measures giving substance to the so-called five presidents' report on the further development of the EU's economic and monetary union (EMU). It was endorsed by the European Council on 28 June 2016.

In your country

The recommendation by the Council to set-up National Productivity Boards is addressed to euro area member states. It also encourages other EU member states to set up similar bodies.

The table below contains links to the National Productivity Board for each country that has appointed one.

Non-euro area Member States

Bulgaria
Croatia
Czech Republic
Poland
Romania
Sweden

Role of the European Commission

According to the Council recommendation, the Commission could facilitate the exchange of views between the productivity boards of all participating Member States. There should also be a regular discussion between the productivity boards and the Economic Policy Committee, an advisory body to the Council and the Commission, involving also relevant experts from EU countries that do not have a Board.

The Commission can also provide technical assistance through the Structural Reform Support.